Lokali

Il-faċċata tad-Dar Ċentrali mixgħula bi dwal ikkuluriti għall-Malta Pride Week

Il-Ġimgħa filgħaxija, intgħelet il-faċċata tad-Dar Ċentrali bi dwal b’kuluri tal-Qawsalla għall-Malta Pride Week. Turija ta’ imħabba, solidarjetà u messaġġ favur l-inklużjoni u d-diversità. Il-faċċata tad-dar ċentrali se tibqa’ mixgħula b’tali dwal ikkuluriti għall-jumejn.

Is-Sibt għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg se jkun qed jattendi flimkien mad-delegazzjoni Nazzjonalista, għall-Malta Pride March anwali li se jkun qed jingħata bidu ħdejn il-Funtana tat-Tritoni, fil-Belt Valletta.