Meta ninsabu ftit ‘il bogħod mit-tmiem tat-Tour ta’ Spanja – La Vuelta, saret it-18-il prova li kienet fiċ-ċirkwit ta’ Valladolid, individwali kontra l-ħin fuq distanza ta’ 12.2 kilometri. Fl-ewwel post bl-aħjar ħin it-Taljan Filippo Ganna ta’ Ineos Granadiers bi 13-il sekonda. Fit-tieni post b’distakk ta’ sekonda Jay Vine tal-Awstralja għal UAE Team Emirates filwaqt li fit-tielet post b’distakk ta’ 8 sekondi temm il-Portugiż Joao Almeida wkoll għal UAE Team Emirates.
Wara 18-il prova, fil-klassifika ġenerali wara li saru 2713 .4 kilometri, fl-ewwel post saħħaħ postu Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Visma Lease a Bike b’65 siegħa 7 minuti u 13-il sekonda b’distakk ta’ 40 sekonda mill-Portugiż Joao Almeida għal UAE Team Emirates. Fit-tielet post jinsab il-Britanniku Tom Pidcock b’distakk ta’ 2 minuti u 39 sekonda.
Id-19 il-prova hija fuq distanza ta’ 161.9 km minn Rueada sa Gui Juelo .
//= $special ?>