Fi kliem il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-pajjiżi membri għandhom jibqgħu jaħdmu flimkien b’sens qawwi ta’ solidarjetà.
Dan qalitu Roberta Metsola f’kummenti lil Net News meta irreferiet għall-kriżi tan-nirien li laqtu l-Portugall matul dan is-sajf. U kif l-UE kienet solidali ma’ dan il-pajjiż; element li ssemma’ anke minn Ursula von der Leyen fid-diskors tagħha State of the Union li twassal minn Strasburgu.

Ma’ dan l-istazzjon tkellem ukoll l-MEP David Casa, li semma’ kif fil-pjan tal-Kummissjoni Ewropea hemm enfasi kbir fuq temi li jolqtu direttament lin-nies; bħall-housing u ż-żieda fil-prezzijiet.

L-Ewroparlamentari Peter Agius minn naħa tiegħu fakkar kif l-UE se tibqa’ toffri opportunitajiet għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Intant, waqt id-diskors tagħha fi Strasburgu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret ukoll li se tipproponi sanzjonijiet kontra l-Iżraeljani, u s-sospenzjoni parzjali tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni dwar in-negozju.
//= $special ?>