Ewropa Internazzjonali Lokali

Numru ta’ pajjiżi se jirrifjutaw li jieħdu sehem fil-Eurovision jekk Iżrael jitħalla jipparteċipa

L-Olanda ngħaqdet ma’ numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa li lkoll qed jisħqu li jekk Iżrael jitħalla jipparteċipa fil-Eurovision tas-sena d-dieħla mhumiex se jipparteċipaw. Flimkien mal-Olanda hemm ukoll l-Irlanda u Spanja.

Il-midja Olandiża qalet li l-parteċipazzjoni fil-Eurovision hija impossibbli jekk Iżrael se jkun preżenti. Dan apparti li akkużat lil Iżrael li s-sena li għaddiet uża l-Eurovision bħala strument politiku.