Maċedonjan ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, Nenad Todorovski, ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li kien qiegħed isuq mutur taħt l-influwenza tax-xorb. Huwa ammetta wkoll li saq b’mod traskurat u perikoluż, mingħajr liċenzja Maltija u mingħajr polza tal-assigurazzjoni.
Il-prosekuzzjoni spjegat li kien fil-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiżu iżda falla milli jakkwista waħda valida f’Malta. L-inċident, li seħħ fis-6 ta’ Settembru f’San Pawl il-Baħar u nħawi oħra, ikkawża wkoll ħsarat fuq karozzi ta’ kumpanija.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċanfritu u qaltlu li kull meta persuna ssuq taħt l-influwenza tax-xorb ikollha arma f’idejha. Il-qorti kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal 42 xahar u mmultatu €5,000. Barra minn hekk ordnatlu li ma jkollux liċenzja tas-sewqan għal erba’ snin u li jitkeċċa minn Malta.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Nicholas Vella.
//= $special ?>