Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jtella’ sessjoni oħra fuq Zoom mal-aġent letterarju internazzjonali Simon Trewin, miftuħa għall-membri u l-professjonisti kollha tal-komunità Maltija tal-pubblikazzjoni.
Din hija t-tielet sessjoni f’sensiela ta’ attivitajiet li għandhom iwasslu għal attività lajv waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru.
The Networking Toolkit se sseħħ nhar fid-19 ta’ Settembru fl-16:00, u fiha Trewin se jagħti l-pariri tiegħu msejsa fuq snin twal ta’ esperjenza dwar kif wieħed għandu jġib ruħu f’avvenimenti ta’ networking fl-ambitu letterarju.
Kull min interessat jipparteċipa, għandu jikteb lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Settembru.
//= $special ?>