Hekk kif il-preparamenti għall-festa ta’ Ħaż-Żabbar jinsabu fl-aqwa tagħhom, is-Società Filarmonica Maria Mater Gratiae ħabbret li waqt il-marċ tant mistenni tal-Ġimgħa filgħaxija — magħruf bħala l-Marċ tal-Malta Rebbieħa — ser jitella’ show viżiv mill-aktar spettakolari.
Fil-11:15pm, hekk kif il-Banda tasal fil-pjazza ewlenija ta’ Triq is-Santwarju, il-pubbliku ser ikun jista’ jgawdi spettaklu innovattiv, f’sinkronizzazzjoni perfetta mal-Banda u logħob tan-nar mill-isbaħ. L-esperjenza ser toħloq atmosfera unika u viżwal impressjonanti għall-eluf ta’ partitarji li mistennija joħonqu l-pjazza u t-toroq tal-madwar.
Matul dan il-marċ, tittella’ wkoll fuq il-kolonna tagħha l-istatwa ikonika ta’ Malta Rebbieħa.
Is-Soċjetà tħeġġeġ lill-pubbliku biex ma jitlifx dan l-avveniment uniku li ser jagħti togħma ġdida u moderna lill-festa tradizzjonali ta’ Ħaż-Żabbar.
//= $special ?>