Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa għal Valletta

Ritratt: Valletta FC

Valletta ………………. 3

Marsaxlokk …………. 1

Valletta: A.Aguero, S.borg, B.Paiber, Y.Yankam, K.Brewer, N.Micallef, Y.Messias, S.Radic, T.Aaldama, J.De Assis, J.Mendoza

Marsaxlokk: H.Mafoumbi, O.El Hasni, N.Attard, U.Arias, J.Corbolan, A.Soares, J.Vella, J.Minala, D.Aguirre, R.Mihana, M.Barros

Referee: E.Barbara

Assistenti Referees: L.Portelli, K.Saliba

Fit-tieni partita tal-ġurnata rebħa importanti ta’ 3-1 għal Valletta fuq Marsaxlokk biex b’hekk kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fir-ritorn tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.

Bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls, Valletta fetħu l-iskor propjru mal-ftuħ tat-tieni taqsima meta kien Jefferson De Assis li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Ħames minuti wara Valletta għamluhom tnejn meta minn kontrattakk mil-lemin Thaylor Aldama għadda tajjeb xeħet fil-kaxxa lejn Yuri Messias li b’konklużjoni preċiża xeħet wara Mafoumbi għal 2-0.

Reazzjoni minn Marsaxlokk fit-63 minuta meta minn azzjoni ta’ corner id-difiża ta’ Valletta naqqset milli ttajjar il-ballun, b’Joseph Minala japprofitta u jixħet fix-xibka għal 2-1.

Hekk kif Marsaxlokk kienu qed jagħfsu għall-gowl tad-draw Valletta għamluhom 3-1 meta minn kontrattakk veloċi kien Yannik Yankam li xeħet fix-xibka għal riżultat finali ta’ 3-1.