Kif kien żvela Net News ftit tal-jiem ilu, l-organizzazjoni Dar Merħba Bik li taħdem ma’ nisa u tfajliet bi sfidi partikolari, irrifjutat donazzjoni mogħtija mill-Viċi Sindku tal-Imqabba Jonathan Dingli. Dan minħabba li qed tqis il-kontroversja tiegħu bħala “tema sensittiva”.
Dan ikkonfermatu l-istess Dar f’kummenti li tat lit-Times of Malta, fejn qalu li qed jimxu mal-valuri li jigwidawhom.
Il-Viċi Sindku Laburista kien irċieva baraxx ta’ kritika x-xahar li għadda meta ikkummenta fuq il-media soċjali li d-deputat Adrian Delia qisu mara “għax iħobb jissawwat”.
Għall-Partit Laburista, is-suppost apoloġija li għamel kienet biżejjed. U baqa’ ma ħa ebda azzjoni fil-konfront tiegħu. Dan filwaqt li s-Sindku tal-Imqabba baqgħet tirrifjuta li tissejjaħ laqgħa b’urġenza.
//= $special ?>