Futbol Sport

Hibernians idawwru telfa f’rebħa fl-aħħar minuti… Sliema jegħlbu lil Tarxien

Ritratt: Malta Premier

Hibernians …………. 2

Birkirkara …………… 1

Hibernians: J.Haber, A.Silas, L.Lapert, M.Carvalho, B.Kristensen, J.Teixeira, D.Bonnici, P.Da Silva, P.Nunes Silva, M.Lopes, C.Dos Santos

Birkirkara: M.Martinez, M.Morello, L.Mina, S.Marjanovic, K.Reid, J.Busuttil, L.Lacunza, N.Micallef, F.Sasere, D.Makoma, L.De Oliveira

Referee: S.Pertovic

Assistenti Referees: J.Spiteri, D.Castillo

Fit-Tony Bezzina Stadium Hibernians dawwru telfa f’rebħa meta rnexxielhom jegħlbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1. B’dawn it-tliet punti Hibernians telgħu fl-ewwel post tal-klassifika u għadhom mhux megħluba f’dan l-istaġun.

Kienu proprju Birkirkara li fetħu l-iskor wara 26 minuta logħob b’gowl ta’ Kemar Reid. Reazzjoni ta’ Hibernians waslet fid-69 minutat b’gowl ta’ Joao Texeira.

Il-gowl tar-rebħa wasal proprju fis-96 minuta, fl-aħħar minuta tal-partita, meta minn ballun fit-tul Cleiton Padilha f’tellieqa mad-difensur għadda tajjeb u xeħet wara Martinez għal riżultat finali ta’ 2-1.

Sliema W. ……………… 1

Tarxien R. ……………… 0

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, N.Frendo, A.Magri Overand, V.Plut, R.Prsa, G.Freire, S.Pisani, T.Espindola, F.Gomes, M.Baggio

Tarxien R: A.Cassar, S.Filipe, F.Conceicao, A.Leal De Barros, J.De Oliveira, H.Da Silva, G.Vella, H.Da Silva, R.Rodrigues, A.Vella, M.Grima

Referee: E.Grech

Assistenti Referees: M.Ciantar, V.Vasilev

Fl-aħħar partita tas-Sibt rebħa minima ta’ 1-0 għal Sliema Wanderers fuq Tarxien Rainbows. Il-gowl deċiżiv kien skorjat fit-3 minuta tal-partita permezz ta’ Bernardo Freire.  

Zabbar STP ………… 1

Naxxar L. …………… 1

Zabbar STP: L.Camilleri, S.Cejas, A.Gambarle, J.Agius, J.Micallef, S.Jovancic, Z.Leonardi, V.Da Paiva, T.Brito, K.Scicluna, M.Fontanella

Naxxar L.: M.Debono, F.De Campos, N.Pace Cocks, A.Soares, V.Souza, M.Silva, C.Gauci, R.Pereira, C.Kontchou, V.Ferreira, V.Moura

Referee: F.Zammit

Assistenti Referees: D.Sultana, P.Falzon

Fl-Istadium Nazzjonali draw ta’ 1-1 bejn Zabbar St Patricks u Naxxar Lions. Dan kien l-ewwel punt għal Naxxar Lions dan l-istaġun filwaqt li t-tieni draw għal Zabbar minn tliet partiti.

Kienu Naxxar Lions li fetħu l-iskor meta kien Gustavo Convalves li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Għaxar minuti wara Zabbar kisbu d-draw meta kien Toni Brito Silva li xeħet wara Matthias Debono għal 1-1, liema riżultat intemmet bih il-partita.