Lokali

Il-Malta Pride 2025 hi opportunità biex infakkru kemm imxejna ‘l quddiem iżda anke li fadal xi jsir

Il-Malta Pride 2025 mhijiex biss ċelebrazzjoni ta’ mħabba u identità, iżda wkoll opportunità biex infakkru kemm imxejna ‘l quddiem bħala nazzjon u x-xogħol li għad fadlilna nagħmlu.

Il-Partit Nazzjonalista jikkonferma mill-ġdid l-impenn kontinwu tiegħu li jibni Malta fejn id-diversità tiġi rispettata u l-inklużjoni tkun parti mill-ħajja ta’ kuljum.

Sostnew dan fi stqarrija, il-President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista, Jamie Vella u ix-Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal, Graziella Attard Prev, fejn qalu kif il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ dejjem spalla ma’ spalla mal-komunità LGBTQIA+ fil-mixja tagħhom għal aktar dinjità, ugwaljanza u libertà għax jemmen li nazzjon aktar b’saħħtu u ġust jista’ jinbena biss meta kull persuna tħossha rispettata, apprezzata u mħeġġa biex tgħix b’mod awtentiku u mingħajr biża’.

Delegazzjoni tal-PN immexxija mill-Kap il-ġdid tal-PN Alex Borg illum se tkun qed tipparteċipa fil-Malta Pride March li se jsir fil-Belt Valletta.