Il-Prinċep Harry, għamel żjara f’Kyiv fuq stedina mill-organizzazzjoni Superhumans, li toffri kura u riabilitazzjoni lill-vittmi tal-gwerra — kemm suldati kif ukoll ċivili. Huwa wasal bil-ferrovija u qal li jixtieq jagħmel “dak kollu possibbli biex jgħin lil min safa vittma tal-Gwerra u għaddej minn uġigħ u tbatija kbira.”
Matul iż-żjara, il-Prinċep Ħarry ħa sehem f’diskussjoni ma’ suldati midruba u ħeġġiġhom biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom u jfittxu l-appoġġ meħtieġ. Qalilhom li dejjem hemm tama, u li l-komunikazzjoni hija parti mill-fejqan.
Ftit qabel iż-żjara, fi stqarrija lil The Guardian, Prinċep Harry qal li għalkemm ma nistgħux inwaqqfu l-gwerra, nistgħu ngħinu lin-nies li qed ibatu minnha. Iż-żjara tiegħu ġiet milqugħa b’apprezzament kbir u bħala ġest umanitarju sinifikanti.
//= $special ?>