Lokali

Isir il-Pride March fil-Belt Valletta

It-toroq tal-Belt Valletta inbidlu f’mewġa ta’ kuluri. Ferħ u entużjażmu. Ċelebrazzjoni tad-diversita. U l-ilwien tal-qawsalla.

Mat-toroq tal-kapitali, is-sibt, kienet organizzata il-Malta Pride – attività li mhijiex biss ċelebrazzjoni ta’ mħabba u identità, iżda wkoll opportunità sabiex jitfakkar kemm imxejna ‘l quddiem bħala nazzjon u x-xogħol li għad fadal isir.

Dan il-messaġġ kien b’saħħtu ħafna anke fost dawk preżenti f’din il-parata, li telqet minn Pjazza Tritoni u għaddiet minn diversi toroq fil-Belt Valletta.

Delegazzjoni immexxija mill-Kap il-ġdid tal-PN Alex Borg ħadet sehem fil-Malta Pride March, u ingħaqdet f’din l-attività annwali.

Preżenti wkoll kien hemm il-President emeritu Marie Louise Coleiro Preca.

Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li se jibqa’ dejjem spalla ma’ spalla mal-komunità LGBTQIA+ fil-mixja lejn aktar dinjità, ugwaljanza u libertà. Dan għaliex jemmen li nazzjon aktar b’saħħtu u ġust jista’ jinbena biss meta kull persuna tħossha rispettata, apprezzata u mħeġġa biex tgħix b’mod awtentiku u mingħajr biża’.


Intant il-Gozo Pride March saret bhal-lum gimgha fir-Rabat Ghawdex, bis-sehem ta’ diversi ghaqdiet Ghawdxin u li ghaliha, f’isem il PN attendiet ix-Shadow Minister ghall-Ugwaljanza, libertajiet Civili u Drittijiet tat-Tfal, Graziella Attard Previ, akkumpanjata minn kandidati tal-PN ghall-Elezzjoni Generali. Is-sehem tal-PN fil-Pride March hija affermazzjoni favur l-inkluzjoni u d-diversita’, u impenn ghal iktar hidma favur il-kwalita’ tal-hajja tal-persuni LGBTIQ+.