Futbol Sport

L-ewwel rebħa għal Ħamrun fil-Malta Premier dan l-istaġun

Ritratt: Joseph Galea

Ħamrun S. …………… 2

Mosta ………………… 0

Ħamrun S.: H.Bonello, R.Petrilio, N.Micallef, N.Garcia, M.Thioune. V.Polito, S.Smajlagic, J.Cadenovic, D.Simkus, M.Hadzi, E.Marcelina

Mosta: D.Udoh, M.Bolanos, G.Goncalves, C.Charles, V.Da Silva, G.Sciberras, N.Agius, Q.Hurtado, C.Emmanuel, S.Okereke, J.Vassallo

Referee: A.Johnson

Assistenti Referees: R.Curtis, D.Spencer

Fl-Istadium Nazzjonali f’Ta Qali waslet ukoll l-ewwel rebħa għal Ħamrun Spartans fil-YoHealth Malta Premier dan l-istaġun meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet 0-0, Ħamrun Spartans fetħu l-iskor fid-49 minuta meta kien Joseph Mbong li għeleb lil Akpan għal 1-0. Ħamrun għalqu l-partita fit-80 minuta b’gowl skorjat mis-sostitut Mouad El Fanis.