Internazzjonali

NATO tħabbar aktar appoġġ mill-ajru lill-Polonja

L-istati membri tan-NATO qed jippreparaw biex jibghatu t-truppi tagħhom lejn l-Ewropa tal-Lvant, wara li drones militari Russi daħlu fl-ispazju tal-ajru Pollakk kmieni din il-ġimgħa.

S’issa, Franza, il-Ġermanja u d-Danimarka huma mistennija li jibgħatu assi militari lejn il-Lvant, filwaqt li aktar pajjiżi membri tan-NATO huma mistennija li jagħmlu l-istess.

Il-Ħamis li għadda, il-Polonja attivat l-Artikolu 4 tat-Trattat tan-NATO wara li waqqgħet numru ta’ drones Russi li daħlu fl-ispazju tal-ajru tagħha. L-Artikolu 4 jagħti d-dritt lil kwalunkwe membru tan-NATO biex jissejjaħ għal konsultazzjoni meta jħoss li s-sigurtà, l-indipendenza jew l-integrità territorjali tiegħu jiġu mhedda. Dan huwa pass qabel l-Artikolu 5, li jirrigwarda d-difiża kollettiva tal-alleati.