Lokali

“Politika li tkun fl-interess tal-poplu kollu” – Alex Borg

“Il-Partit Nazzjonalista lest li jiddiskuti ma’ kulħadd u jkompli jfassal politika fl-interess tal-poplu kollu; għaliex hekk biss pajjiżna jkun jista’ jimxi ‘il quddiem.”

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt intervista li kellu fuq Campus FM mal-preżentatur Andrew Azzopardi fejn kompla jwassal il-vizjoni tieghu ghall-Partit Nazzjonalista u ghall-pajjizna.

Alex Borg qal li prezentament f’pajjizna hawn nuqqas ta sigurtà u li dan huwa kagun ta’ vizjoni fil-qasir li kellu Gvern Laburista. Huwa rrimarka li kaġun tan-nuqqas ta vizjoni ħafna setturi f’pajjiżna jinsabu gharkubbtejhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem fuq in-nuqqas ta’ infurzar li hawn f’pajjizna filwaqt li aċċenna li numru ta’ problemi li qed naffaċċja huma kaġun tan-nuqqas ta’ infurzar; problema li l-Partit Nazzjonalista ilu snin jitkellem fuqha.

B’rabta mal-abbozz tal-liġi tal-ippjanar, Alex Borg sostna li huwa innaċċettabbli li l-Gvern baqa’ għaddej romblu mingħajr ebda konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni jew mal-esperti.

U hekk kif nhar it-Tnejn illi ġej jerġa jiba l-Parlament il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li se jkun qed jiffoka fuq tlett prijoritajiet: fosthom il-governanza tajba u l-importanza li nissalvagwardjaw l-ambjent ta’ pajjiżna.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li għandu jkollna mezz ta’ trasport effiċjenti bejn Malta u Għawdex, li jissaħħu d-drittijiet ċivili u fuq kollox alleanza ta’ ideat fejn jinstemgħu ż-żewġ naħat.