Lokali Qorti

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ kannabis

Sedia Jellow, ta’ 44 sena mill-Gambja li ilu joqod f’Malta għal sitt xhur, u li ma jaħdimx, inżamm arrestat b’rabta ma’ importazzjoni ta’ madwar 10 kilogrammi sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, b’valur fis-suq li jlaħħaq madwar il-€100,000.

Il-każ seħħ meta fit-30 t’Awwissu, il-pulizija kienet ġiet infurmata li kienet dieħla konsenja kannabis f’Malta minn titjira minn Lisbona. Il-Pulizija kif ukoll uffiċjali fl-ajruport iċċekkjaw lill-passiġġieri li kienu deħlin. Iżda, l-imputat ma nqabadx fl-ajruport.

Wara tfittxija intensiva għalih wara li kien ħalla l-ajruport ta’ Malta mingħajr ma ġabar il-bagalja, li fiha kien hemm 10 kilogrammi kannabis, ir-raġel ġie arrestat fil-11 ta’ Settembru f’Ħaż-Żabbar. Fil-Qorti, l-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. , f’dan l-istadju, id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u l-imputat baqa’ miżmum arrestat.