Mohammed Ali Yousuf Nour, Somalu ta’ 36 sena, ġie kkundannat sitt snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li darab gravi lill-eks sieħba tiegħu u kkawżalha feriti permanenti f’wiċċha.
Il-Qorti tal-Maġistrati, f’Lulju li għadda kienet sabet lis-Somalu ħati li fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Mejju tal-2024, weġġa’ gravi lil eks sieħba tiegħu u heddidha. Huwa appella mis-sentenza.
Il-Każ seħħ meta, is-Somalu u l-eks sieħba tiegħu iltaqgħu u jixorbu l-vodka fir-residenza tiegħu. Intant, bdew jargumentaw fuq affarijiet tal-passat u l-akkużat beda jirrabja. Fil-Qorti il-vittma xehdet kif minnufih marret tipprova torqod fis-sodda, iżda l-eks sieħeb tagħha daħal warajha u beda jsawwatha fuqa daharha u fuq rasha.
Il-mara kienet xehdet li trid taħfirlu u tagħtih ċans ieħor. Madankollu, il-Qorti, ċaħdet din it-talba. Flimkien mat-78 xahar ħabs, huwa ġie ordnat iħallas €492 fi spejjeż tal-Qorti. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament ta’ erba’ snin biex jindirizza r-rabja tiegħu u l-problema tad-droga.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Abigail Critien u mill-imħallef Neville Camilleri, li ċaħad it-talba tal-imputat u kkonferma l-ewwel piena.
//= $special ?>