Qabel il-partita tal-lum wara nofs in-nhar, bejn Burnley u Liverpool, fejn iċ-champions Ingliżi għandhom li jitilgħu mill-ġdid waħedhom fl-ewwel post, anke jekk jiksbu draw f’ Turf Moor, attwalment fil-klassifika tal-Premier League insibu erba’ timijiet l-ewwel.
Il-bieraħ is-Sibt, AFC Bournemouth komplew bil-bidu pożittiv tagħhom meta għelbu lil Brighton 2-1. B’din ir-rebħa, it-tim ta’ Andoni Iraola telgħu momentarjament fl-ewwel post flimkien ma’ Tottenham Hotspur, Arsenal u Liverpool.
Tottenham Hotspur u Arsenal kienu fl-azzjoni l-bieraħ ukoll u kisbu renħiet kontra West Ham United u Nottingham Forest rispettivament.
Iż-żewġ timijiet rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0, bir-rebħa tal-Ispurs kienet senifikanti għaliex il-konfront kontra West Ham United kien derby.
Ir-riżultati tal-bqija tal-partiti l-oħra li kelna l-bieraħ kienu dawn:
Crystal Palace vs Sunderland 0-0
Everton vs Aston Villa 0-0
Fulham vs Leeds United 1-0
Newcastle United vs Wolves 1-0
Brantford vs Chelsea 2-2
Intant illum jintlagħbu żewġ partiti oħra minn din il-match day:
Fit-3pm Burnley vs Liverpool
Fil-5:30pm Manchester City vs Manchester United
//= $special ?>