“Kienet kampanja ta’ diskussjoni, viżjoni, u ideat li l-Partit Nazzjonalista jista’ jatwa sabiex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali”.
Sostniet dan il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola meta tkellmet dwar il-kampanja għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista hekk kif awgurat lill-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg. Fejn iddeskriviet ukoll l-entużjażmu kbir anke fost it-tesserati f’din il-kampanja li ddeskriviet bħala waħda mimlija enerġija.
Minn naħa tiegħu, l-MEP David Casa, faħħar il-kampanja li kienet ibbażata fuq fatti, kampanja li wriet kemm il-Partit Nazzjonalista huwa lest li jiggverna. Fejn iddikjara li t-triq issa hija waħda; li kulħadd ikun wara l-Kap.
L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Peter Agius spjega wkoll li l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista kienet sinjal li l-PN preparat għall-futur. Huwa spjega li dan hu l-mument li pajjiżna jkun aktar sostenibbli u jkompli jikber.
Alex Borg kien elett kap propju fis-6 ta’ Settembru u fl-ewwel jiem tiegħu fit-tmun tal-Partit kienu bosta r-reazzjonijiet pożittivi li waslu b’rabta mat-tiġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>