“Dan hu l-Kapitlu l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista – flimkien għal ġenerazzjonijiet futuri, flimkien għan-Nazzjon kollu.”
Saħaq dan il-Kap tal-PN Alex Borg fl-ewwel diskors tiegħu tal-Ħadd – propju fil-gżira Għawdxija. Fejn għal darb’oħra Alex Borg saħaq dwar kif il-PN ser ikun hemm biex jisma’ u jirrapreżenta kif jixraq il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Alex Borg beda’ billi tkellem dwar l-ewwel laqgħa tiegħu max-Shadow Minister Adrian Delia propju wara l-elezzjoni ta’ Kap ġdid.
Huwa saħaq li dan hu l-istil tiegħu, stil differenti li kapaċi jġib l-għaqda kemm fil-Partit u kemm fil-pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar kif fl-ewwel jiem tiegħu hu ser ikun qed jaħtar l-iwrol ta’ CEO tal-Partit kif ukoll l-iskema tal-crowd funding li ser tkompli tassisti l-Partit Nazzjonalista b’mod finanzjarju speċjalment għal meta tiġi l-elezzjoni ġenerali.
Alex Borg ħabbar ukoll it-tnedija tal-Gozo policy forum, forum immexxi minn Karl Buttigieg fejn ser ikun iffurmat minn bosta Għawdxin bi proposti konkreti għall-Għawdxin stess. Għaliex, fi kliem il-Kap tal-PN stess, dan hu l-mod kif trid issir il-politika, proposti tanġbli li jaslu min għand in-nies.
Apparti min hekk Alex Borg għal darb’oħra rringrazzja lill-Għawdex talli sawritu f’dak li hu llum – filwaqt li rringrazzjal l-familja u l-partner tiegħu Sarah li dejjem sabhom hemm għas-sostenn. Fl-aħħar nett però sellem ukoll il-memorja ta’ missieru, fejn iddiskrivih bħala l-akbar sors ta’ ispirazzjoni
Il-Kap tal-PN għalaq billi tkellem dwar il-mentalità rebbieħa li diġa bdiet tinħass fost il-Partit kollu – filwaqt li wiegħed mill-ġdid ħidmitu sabiex jara’ Partit Nazzjonalista rebbieħ u essenzjalment fit-tmun ta’ dan il-pajjiż – rebħa b’għan wieħed li tbiddel lil dan il-pajjiż u tieħdu fejn verament jixraqlu.


RITRATTI: MARTIN AGIUS
//= $special ?>