Futbol Sport

Ġurnata impenjattiva oħra mill-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika

(Ritratt: EPA)

Fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokyo ġurnata oħra mill-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika.

L-akbar kompetizzjoni għall-2025 u wisq aktar il-Kampjonat ewlieni wara l-Olimpijadi ta’ Parigi ta’ sena ilu. Fil-Maratona tan-nisa suċċess għal Peres Jepchirchir tal-Kenja li temmet it-42.2 kilometri f’2 sagħtejn 24 minuta 43 sekonda. Distakk minimu ta’ żewġ sekondi minn Tigst Assefa tal-Etjopja.

Fit-tielet post Julia Paternain tal-Urugwaj f’2 sagħtejn 27 minuta 23 sekonda. Fil-finali tad-Discus tan-nisa fl-ewwel post Valarie Allman tal-Istati Uniti b’tefa’ ta’ 69 .48 metri. Midalja tal-fidda għal Jorinde Vamn Klinken tal-Olanda b’67.50 metri filwaqt li fit-tielet post Silinder Morales ta’ Cuba b’67.25 metri. Finali 100 metru rġiel dominju minn Oblique Seville u Kishane Thompson it-tnejn tal-Jamajka li temmew f’9.77 sekondi u 9.82 sekondi.

B’dan ir-riżultat għelbu d-dominju tac-Champion Olimpiku Noah Lyles tal-istati Uniti li temm fit-tielet post f’9.89 sekondi. Fil-finali tal-100 metru nisa b’10.61 sekondi midalja tad-deheb għall-Melissa Jefferson Wooden tal-Istati Uniti filwaqt li l-Ġamajkana Tina Clayton fit-tieni post f’10.76 sekondi qabel Julien Alfrec ta’ St.Lucia f’10.84 sekondi.

L-10,000 metru rġiel intrebħet minn Jimmy Gressier ta’ Franza fi 28 minuta 55.77 sekondi li kien distakk ta’ .06 sekondi minn Yomif Kejelcha tal-Etjopja b’Andreas Almgren tal-Iżvezja fit-tielet post.

Il-Long Jump tan-nisa intrebħet minn Tara Davis Woodhall tal-Istati Uniti b’7.13 metri qabel Malaika Mihambo tal-Germanja b’6.99 metri u Natalia Linares tal-Kolumbja b’6.92 metri.