Il-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qatta’ n-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu qalb in-nies ta’ Għajnsielem.
Alex Borg żar il-klabb tal-Football ta’ Għajnsielem fejn tkellem ma’ dawk kollha li huma involuti f’dan il-klabb. Hawn, hu seta’ jsegwi l-open day li kienet għaddejja f’dawn il-faċilitajiet sportivi.
Fil-każin tal-futbol, Alex Borg iltaqa’ wkoll ma għexieren ta’ persuni li laqgħuh, u anke awgurawlu għall-kariga ġdida tiegħi fit-tmexxija tal-PN.



Apparti min hekk, il-Kap tal-PN żar wkoll il-Każin tal-Banda ta’ Għajnsielem fejn tkellem dwar is-settur volontarju u l-importanza tal-baned fil-lokalitajiet. Hu saħaq li l-festi għadhom b’saħħithom ferm f’Għawdex, u hemm bżonn li l-pajjiż jappoġja aktar il-volontarjat.
Alex Borg kien mal-Għawdxin anke s-Sibt fejn iltaqa’ mal-attivisti tal-PN, Sindki u kunsillieri – fejn spikka sens ta’ entużjażmu u tama, hekk kif mijiet ta’ Għawdxin esprimew il-ferħ tagħhom għal dan il-kapitlu ġdid għall-PN.



Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>