Lokali

Inizjattiva mill-għaqdiet volontarji favur it-tindif taħt il-baħar

L-għaqdiet St John Ambulance and Rescue, flimkien ma’ Coast is Clear u Sub Aqua ingħaqdu f’inizjattiva s-Sibt 13 ta’ Settembru, fejn organizzaw tindif taħt il-baħar taħt il-baħar fil-Ċirkewwa South Quay.

Matul din l-inizjattiva, l-għaqdiet enfassizaw fuq is-saħħa tal-kollaborazzjoni bejn l-NGOs, fejn flimkien ġabu magħhom aktar volontiera, divers u entitajiet ta’ appoġġ f’ħidma kollettiva sabiex jipproteġġu l-ambjent kostali ta’ Malta.

Il-volontiera ħadmu flimkien sabiex jneħħu l-iskart mill-qieħ tal-baħar, itejbu s-siġurtà għall-divers u ankè tal-ħajja tal-baħar.

F’din l-attività, l-għaqdiet ġabru aktar minn nofs tunnellata ta’ skart.

Barra minn hekk, il-volontiera rċevew ukoll l-appoġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u l-Cirkewwa Marine Park Divers.

Din l-attivita kienet parti mill-proġett ta’ St John Ambulance and Rescue appoġġjat mill-VOPS.

Permess ta’ dan il-fond, inxtrat vettura ta’ salvataġġ għal emerġenzi madwar il-kosta, fejn ġiet inawgurata kampanja ta’ gharfien fuq il-midja soċjali, li jippromwovu s-sigurtà meta wiehed joghdos, il-protezzjoni tal-kosta u l-konservazzjoni tal-ambjent madwar il-kosta u fil-baħar.