Ikkontestajt għall-kariga ta’ Kap biex inkun ta’ servizz għall-poplu Malti u Għawdxi.
Hekk stqarr Alex Borg meta s-sibt kien intervistat minn Albert Gauci Cunningham – intervista li matulha, il-Kap tal-PN stqarr li bħalissa qed jiġi diskuss ix-Shadow Kabinett il-ġdid, li se jkun qed jitħabbar fil-jiem li ġejjin.
Matul din l-intervista, Alex Borg wieġeb id-domandi kollha li sarulu fuq temi varji.
Dwar l-enerġija, hu qal li bħala pajjiż irridu naħsbu fit-tul u naraw alternattivi li jżommu l-kontijiet baxxi fosthom b’enerġija li tiġġedded.
B’rabta maż-żieda fil-popolazzjoni, Alex Borg li lest jibda jindirizza din il-kriżi billi ssir analiżi serja tas-sitwazzjoni preżenti; għaliex il-Gvern naqas milli jagħmel dan.
B’rabta mas-settur tas-saħħa il-Kap tal-PN propona li min jistudja għal nurse, carer jew healthcare practitioner ikollu l-istipendju li jiżdied għall-paga minima nazzjonali u b’hekk jiġu inċentivati aktar Maltin jidħlu jaħdmu f’dan is-settur.
Hawn, Alex Borg kompla jisħaq dwar il-bżonn ta’ labour market study.
Rigward il-kriżi tat-traffiku, il-Kap tal-PN semma’ l-bżonn li ninvestu fit-trasport tal-massa. U hawnhekk fakkar anke fil-fatt li l-Gvern ta’ Robert Abela kien semma li se ssir metro – iżda din baqgħet ma saritx.
//= $special ?>