Ġerrej taż-żwiemel kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li karozza laqtet serkin taż-żiemel li kien qed iġorr lir-raġel.
Dan l-inċident seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu għall-ħabta tat-7.45 fi Triq Delimara, Marsaxlokk.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku kif ukoll il-Pulizija, fejn taw l-għajnuna medika lir-raġel, bir-raġel kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika.
Skont kelliema uffiċjali tal-Pulizija li tkellmu ma’ dan l-istazzjon, huma qalu li r-raġel ma sofra ebda ġrieħi.
Madankollu, issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni minħabba li ż-żiemel involut f’dan l-inċident kien sfratta xi ftit jew wisq.
//= $special ?>