Sport Sport Ieħor

L-eks champion tad-dinja tal-Boxing Ricky Hatton jinstab mejjet f’daru

Ricky Hatton

L-eks champion dinji tal-Boxing Ricky Hatton instab mejjet fid-dar tiegħu f’Manchester kmieni l-Ħadd filgħodu. Il-ġellied kien għad kellu biss 46 sena.

Din il-mewta traġika ta’ Hatton tasal biss ftit xhur wara li huwa kien ħabbar li se jirritorna lura fir-ring f’Diċembru li ġej.

Fil-passat, Hatton kien tkellem pubblikament fuq is-saħħa mentali tiegħu, u rnexxielu jevita l-mewt f’numru ta’ okkażjonijiet hekk kif ipprova joqtol lilu nnifsu ħafna drabi.

Il-puluzija ġew mgħajjta biex janalizzaw id-dar ta’ Hatton hekk kif kien hemm suspett li l-boxer miet, bil-puluzija titħol fid-dar ta’ Hatton fis-6:45am u ssib il-ġellied ta’ 46 sena mejjet, mir-rapporti inizjali tal-puluzija huwa maħsub li ma kien l-ebda ċirkustanzi suspettużi.

Waqt il-Manchester Derby bejn Manchester City u Manchester United, ingħatat minuta silenzju bir-rispett ta’ Hatton.