Torino ħasdu lil Roma hekk kif tawhom l-ewwel telfa tal-istaġun u l-ewwel telfa taħt it-tmexxija tal-kowċ Gian Piero Gasperini. L-iskor finali jkun dak ta’ 1-0.
Intant, l-eks tim ta’ Gasperini rritorna għan-normalità u wara l-ewwel tlett partit rnexxielhu jieħu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra Lecce, li minn naħa l-oħra jkomplu l-bidu mhux daqstant pożittiv tagħhhom. L-iskor finali f’din il-partita jispiċċa jkun 4-1.
La Dea kwieti fl-ewwel taqsima, madankollu xorta rnexxielhom jiftħu l-iskor permezz tad-difensur żgħażugħ Giorgio Scalvini fis-37 minuta mil-midfielder laterali Nicola Zalewski.
Charles De Ketelaere jiskorja t-tieni gowl fil-51 minuta, segwit minn gowl ta’ Zalewski li issa kellu l-irwol li jikkonverti fix-xibka minnflokk jipprovdi l-assit. Dwn iż-żewġ gowls kienu pprovduti mill-eks attakkant tal-istess Lecce Nikola Kristovic.
Fit-73 minuta De Ketelaere skorja t-tieni gowl personali.
Fit-82 minuta Konan N’Dri naqqas l-iskor għal Lecce.
Udinese telgħu fit-tielet post tal-klassifika wara tlett partit u għadhom ma ħadu l-ebda telfa hekk kif għelbu lil Pisa 0-1 permezz tal-gowl waħdini ta’ Iker Bravo wara 14-il minuta logħob.
Lazio b’telfa diżappuntanti fi Stadio Mapei hekk kif ġew megħluba 1-0 minn Sassuolo, bil-gowl ta’ Alieu Fadera jkun detterminanti.
Milan irnexxielhom jiksbu tlett punti kruċjali kontra avversarju pjuttost diffiċli hekk kif għelbu lil Bologna 1-0, bil-veteran Luka Modric ikun strumentali mhux biss għax skorja l-gowl tar-rebħa iżda anke minħabba l-prestazzjoni stupenda li kellu.
Luka Modric fetaħ l-iskor minuta wara s-siegħa logħob hekk kif il-Kroat daħal b’inseriment tajjeb u ltaqa’ mal-kross ta’ Saelemaekers.
Mhux xi ħaġa ta’ barra minn hawn, hekk kif ġrat numru ta’ drabi oħra, pero għall-ewwel darba f’dan l-istaġun u mir-ritorn tiegħu ma’ Milan, il-kowċ Massimiliano Allegri tkeċċa fl-aħħar mumenti tal-partita wara reazzjoni lejn ir-referee Matteo Marcernaro.
SERIE A
Ilbieraħ
Cagliari v Parma 2-0
Juventus v Inter 4-3
Fiorentina v Napoli 1-3
Illum
Roma v Torino 0-1
Pisa v Udinese 0-1
Atalanta v Lecce 4-1
Sassuolo v Lazio 1-0
Milan v Bologna 1-0
Għada
Hellas V. v Cremonese 6:30pm
Como v Genoa 8:45pm