Is-Citizens ma sabu l-ebda’ diffikulta’ jegħlbu lir-rivali tagħhom fil-Manchester Derby hekk kif rebħu bl-iskor komdu ta’ 3-0, partita dominata mis-Citizens, fejn wieħed jista’ jargumenta li r-Red Devils kienu naqra sfortunati li ma sabux ix-xibka alinqas darba fil-partita.
Bidu tajjeb għall-akkwist il-ġdid ta’ Manchester City, Gianluigi Donnarumma li għamel id-debutt tiegħu ppropju llum f’waħda mill-ikbar partit tas-sena, u rnexxielu jżomm clean sheet.
Jiftaħ l-iskor wara 18-il minuta jkun il-prodott tal-akademija ta’ Man City, Phil Foden b’daqqa ta’ ras mill-viċin minn kross ta’ Doku mix-xellug.
Is-Citizens jistennew sat-53 minuta biex jirdoppjaw l-iskor, b’din id-darba jkun l-attakkant prolifiku Erling Haaland li jegħleb lil Bayindir b’xutt b’saħħtu minn assist ieħor tal-Belġjan Doku mix-xellug.
Fit-68 minuta Erling Haaland jikseb id-dopjetta personali u jiskorja t-tielet gowl.
Liverpool irnexxielhom jieħdu tlett punti b’ċikka hekk kif għal darb’oħra f’dan l-istaġun kellhom jistennew verament sal-aħħar biex ħadu r-rebħa, din id-darba b’mod missielet kontra n-neo promossi Burnley.
Il-gowl tar-rebħa jasal fil-95 minuta minn penalty ta’ Mohammed Salah li wasal minn handsball tal-eks Manchester United Hannibal Mejbri fil-kaxxa.
//= $special ?>