Martina Fenech hija r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2025.
Bil-kanzunetta ‘Ħajjitna’, Martina rebħet it-33 edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza.
Il-konkors ttella’ s-Sibt filgħaxija, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, b’kollox ikunu 20 kanzunetta interpretati matul il-lejl.
Il-kanzunetta interpetata minn Martina Fenech, tħejjiet mill-kompożitur Edward Abela u l-awtur Emil Calleja Bayliss.
Preżenti għal din is-serata kien anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg flimkien ma’ Sarah, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello.
