Melita qed jakkużaw bl-aktar mod qawwi, li fil-partita tal-bieraħ mill-ewwel ġurnata taċ-Challenge League kontra Swieqi United, skont “sar kummenti razzisti minn rappreżentant ta’ Swieqi United fiż-żona VIP kontra wieħed mill-plejers tagħna.”
Din hija akkuża serja minn Melita, u fi stqarrija maħruġa fuq Facebook mil-klabb ta’ Melita, dawn il-kummenti “nstemgħu minn ħafna fiż-żona u minn ħafna plejers fil-grawnd.”
Melita qalu li qed jiddeploraw dawn il-kummenti razzisti u imġieba ta’ dan t-tip m’għandhiex post fil-futbol, fl-isport jew fis-soċjetá.
Melita irringrazzjaw lill-istaff tal-MFA li intervjena biex iwaqqaf lill-individwu responsabbli. “Madankollu, nemmnu li hija meħtieġa azzjoni aktar mgħaġġla u deċiżiva, inkluż mill-awtoritajiet preżenti fil-grawnd, li r-rwol tagħhom huwa preċiżament li jipprevjenu u jindirizzaw inċidenti inaċċettabbli bħal dawn,” kompliet tgħid l-istqarrija fuq il-midja soċjali ta’ Melita.
Il-klabb għamilha ċara li qed jagħti l-appoġġ kollu lill-plejer “u ma’ dawk kollha li jistgħu jkunu fil-mira ta’ diskriminazzjoni.”
Melita żiedu jgħidu li “se nkomplu naħdmu mal-MFA, il-klabbs, u l-komunità usa’ tal-futbol biex niżguraw li r-rispett, l-inklużività, u l-ġustizzja fil-logħob jibqgħu fil-qalba tal-futbol”.
//= $special ?>