Mijiet ta’ persuni minn tfal sa anzjani ħadu sehem fil-pellegrinaġġ li jsir ta’ kull sena f’Ħaż Żabbar. U kif inhi t-tradizzjoni, dawk li ħadu sehem f’dan il-pellegrinaġġ saqu l-muturi u r-roti wara x-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja.
Dan il-pellegrinaġġ huwa avveniment ferm popolari f’Ħaż Żabbar, hekk kif il-Madonna tal-Grazzja hija wkoll il-patruna tas-sewwieqa tal-muturi.
L-ewwel li waslu Ħaż Żabbar kienu l-muturi li telqu mill-Mosta u ftit wara waslu r-roti li telqu mir-Rabat.
Għall-ħabta ta’ nofsinhar, iż-żewġ pellegrinaġġi, immexxija minn skorta tal-Pulizija, l-Arċipriet, il-Kanonku Evan Caruana, kif ukoll xbieha tal-Kwadru Titulari Nkurunat tal-Madonna tal-Grazzja, feġġew biswit il-Bieb Hompesch.
Ma naqasx ukoll is-sehem tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-pellegrinaġġ tar-roti, b’uħud minnhom ħadu sehem għall-ewwel darba.
Dan il-pellegrinaġġ beda jsir fl-1951, lejlet l-inkurunazzjoni tax-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja, wara li l-Papa Piju Tnax iddikjara lill-Madonna tal-Grazzja protettriċi tas-sewwieqa tal-muturi.
//= $special ?>