Lokali Qorti

Persuna ser jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-Marsa

Kmieni din il-ġimgħa, il-Pulizija għamlet ronda ta’ rutina fi Triq is-Serkin, il-Marsa, hekk kif żewġ uffiċjali nnutaw moviment suspettużi.

Waqt l-investigazzjonijiet, raġel ta’ 30 sena, residenti l-Marsa instab li kellu fil-pussess tiegħu diversi pakketti ta’ sustanza suspettata droga kannabis sintetika, eroina u kokaina, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti, li allegatament kienu maħsuba għat-traffikar.

B’dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta.

Ir-raġel qiegħad jinżamm taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti l-Ħadd għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici.