Futbol Sport

Roma jfallu ċ-ċans li jżommu l-pass ma’ Napoli u Juventus

Torino jiċċelebraw il-gowl tar-rebħa kontra Roma
Torino jiċċelebraw il-gowl tar-rebħa kontra Roma

Fl-ewwel partita tal-Ħadd wara nofs in-nhar, mit-tielet ġurnata tas-Serie A, Roma kienu megħluba f’dahrom minn Torino bl-iskor ta’ 1-0.

Il-gowl deċiżiv kien skorjat minn Giovanni Simeone fid-59 minuta.

Il-bieraħ filgħaxija, Juventus u Napoli rebħu t-tielet partita minn tliet konfronti biex preżentament jinsabu l-ewwel fil-klassifika b’punti massimi.

Juventus rebħġu 4-3 kontra Inter, f’logħba mil-isbaħ. Il-logħba kellha tmiem drammatiku meta l-iskwadra mmexxija minn Igor Tudor, skorjaw il-gowl tar-rebħa minuta fuq id-90 minuta, b’konklużżjoni mill-isbaħ taż-żagħżugħ Montenegrin ta’ Juventus, Vasilije Adžić.

Napoli rebħu 3-1 barra minn dahrom kontra Fiorentina, b’Kevin De Bruyne, Rasmus Højlund u Sam Beukema skorjaw il-gowls taċ-champions Taljani.

Intant il-bieraħ is-Sibt, Cagliari kisbu l-ewwel rebħa tal-Kampjonat, meta f’dahrom għelbu lil Parma 2-0.

Intant, mil-bqija tal-partiti li għad fadal x’jintlagħbu minn din il-match day, għada t-Tnejn, kemm il-darba Cremonese jirbħu barra minn dahrom kontra Verona, dawn jitilgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Napoli u Juventus.

Illum il-Ħadd għad baqa’ erba’ konfronti oħra x’jintlagbħu:

Fit-3pm Atalanta kontra Lecce

Fit-3pm Pisa kontra Udinese

Fis-6pm Sassuolo kontra Lazio

Fid-8;45pm Milan kontra Bologna.