Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imsida

Sewwieq tal-mutur kellhu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-Ħadd filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku, fejn irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda CB650 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Tax-Xbiex u karozza tat-tip Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Birgu.

Intant, is-sewwieq tal-mutur ġie ċċeritifikat li weġġa’ gravi, fejn qed jingħata aktar għajnuna medika l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.