Illum intemmet it-80 Edizzjoni tat-Tour ta’ Spanja magħrufa bħala La Vuelta.
Il-21 prova fuq distanza ta’ 103 .6 kilometri kienet bejn Al Al Pardo sal-kapitali Madrid. Prova li iżda ma ntemmitx minħabba protesti anti-Iżrael . Jonas Vingegaard ġie kkonfermat bħala r-rebbieħ tal-Vuelta 2025 wara li għat-tieni darba f’din l-edizzjoni protesti kbar ġiegħlu liċ-ċiklisti jieqfu fl-aħħar stadju tat-tellieqa f’Madrid.
Kien hemm biża’ li l-attivisti kienu se jippruvaw ifixklu t-tellieqa fl-aħħar jum ta’ tellieqa li ġiet affettwata minn diversi jiem ta’ dimostrazzjonijiet kontra l-inklużjoni tat-tim Israel-Premier Tech hekk kif l-azzjoni militari ta’ Iżrael f’Gaża għada għaddejja.
Stqarrija uffiċjali mill-organizzaturi tat-tellieqa ikkonfermat li għal raġunijiet ta’ sigurtà, l-istadju 21 ta’ La Vuelta kien interrot u ma kienx hemm ċerimonja tal-podju. Wara 20 prova, fil-klassifika ġenerali wara li saru 3031.1 kilometri fl-ewwel post saħħaħ postu Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Visma Lease a Bike bi 72 siegħa 55 minuta u 57 sekonda b’distakk ta’1 minuta u 16 il- sekonda mill-Portugiż Joao Almeida għal UAE Team Emirates.
Fit-tielet post temm il-Britanniku Tom Pidcock b’distakk ta’ 3 minuti u 11 il-sekonda.
//= $special ?>