Lokali

Żewġ persuni jweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-Ħadd waranofsinhar fi Triq Bajada, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħaż-Żabbar u rota li kienet qiegħda tinstaq minn ġuvni ta’ 14-il sena residenti Ħaż-Żabbar.

Intant, fuq il-post marru tim mediku u l-Pulizija fejn ngħataw l-għajnuna medika, biż-żewġ persuni ċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.