L-ewwel diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg fil-Parlament
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg insista fil-parlament li l-Kamra għandha tkun sospiża biex tiddiskuti r-rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) li sab skandlu mill-gvern fil-mod kif art għaddiet għand l-iżviluppaturi tal-Lukanda Fortina.
Din it-talba l-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha ftit ilu waqt li kien qed jagħmel l-ewwel diskors tiegħu fil-parlament bħala Kap tal-Oppożizzjoni minn wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.
Fit-talba tiegħu Alex Borg qal li l-Kamra għandha taġġorna biex tiddiskuti kwistjoni urġenti li hi definita u li titratta l-konklużjonijiet tar-rapport ippubblikat mill-NAO dwar l-għoti tal-art lil-Lukanda Fortina li kien ippreżentat lill-Ispeaker aktar kmieni fis-seduta.
Fil-konklużjoni tar-raport, l-Awditur Ġenerali talab investigazzjoni ulterjuri minħabba li sab nuqqasijiet kbar ta’ trasparneza u ta’ għoti ta’ informazzjoni lill-parlament dwar dan il-każ. Alex Boprg sostna li l-NAO ikkonkluda li l-gvern falla b’mod skandaluż milli jħares l-intesss pubbliku tant li l-art ingħatat bi prezz ferm irħas mill-valur atgħha. Dan hu traidment lejn il-poplu u jammonta għal kundanna lill-gvern, sostna l-Kap tal-PN Alex Borg.
L-Ispeaker issospenda l-Kamra sakemm jagħti ruling dwar din it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Fil-bidu tad-diskors tiegħu Alex Borg rringrazzja lill-poplu tal-appoġġ li tah f’dan il-kapitlu ġdid u f’mument kruċjali fejn beda kapitlu ġdid fil-mod kif issir il-politika. Hu qal li wara l-ħatra tiegħu bħala Kap tal-PN, hu mill-ewwel saħaq fuq l-għaqda nazzjonali għaliex din dejjem kienet fih u biex ma jkunx hemm firda bejn l-aħmar u l-bluz iżda jkun hemm prijorità għall-interess tal-poplu.
Hu qal li l-Oppożizzjoni se tkun effettiva u voċifera meta jkun hemm nuqqasijiet min-naħa tal-gvern tkun voċifiera iżda se turi wkoll li hi gvern alternattiv. Jeħtieġ li l-PN jibqa’ joffri viżjoni b’saħħitha ta’ gvern alternattiv, sostna l-Kap tal-PN Alex Borg.
Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg awgura lil Alex Borg fil-kariga tiegħu u qal li l-Oppożizzjoni għandha obbligu li tikkritika iżda hemm ukoll skop li ż-żewġ naħat jaħdmu id f’id għall-ġid tat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti kollu. Hu saħaq fuq l-importanza tal-kritika kostruttiva.
Iam Borg sellem ukoll lill-ex Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech u lid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li resaq ‘il quddiem biex iservi f’din il-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u qal li dan jistħoqqlu rispett.
Fir-ruling tiegħu l-Ispeaker qal lit-talba mressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni hi l-materja ta’ importanza kbira iżda ma tammontax għal kwistjoni urġenti li għandha tkun diskussa b’mod mgħaġġel li l-parlament għandu jkun aġġornat. Is-Sedja tifhem l-importanza assoluta tat-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni fosthom li jkun hemm investigazzjoni ulterjuri u kkonkludiet li ma tistax tilqa’ t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni iżda għandha ssir l-imvestigazzjoni appellata.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg talab lill-gvern biex b’mod immedjat il-gvern jiddiskuti dan il-każ waqt li l-Whip Laburista Naomi Cachia qalet li minn issa ssir diskussjoni mmedjata bla vot. Il-Kamra reġgħet ġiet sospiża.
//= $special ?>