Lokali Parlament

Diskrepanza kbira bejn il-valutazzjoni tal-art u l-ħlas imħallas; proċess ta’ frodi biex l-art ingħatat lill-Fortina

Adrian Delia, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm diskrepanza kbira bejn il-valutazzjoni tal-art u l-ħlas imħallas; proċess ta’ frodi fil-każ tal-art li ngħatat lil-Lukanda Fortina.

Adrian Delia qal li l-200 paġna tar-rapport tal-NAO jikkudannaw lill-gvern iżda l-Ministru Owen Bonnici jgħid li l-gvern għandu jifraħ b’dan ir-rapport għax qed itih sodisfazzjon dwar l-emendi li saru fil-liġi.

Hu kompla kien hemm diskrepanza immensa bejn il-pagament u d-diskrepanza li tammonta għal €8.1 miljun bħala ħlas ta’ €21 miljun bħala valutazzjoni; ftit inqas minn tliet darbiet iktar.

Minbarra dan hemm sejbien li kien hemm frodi li kien hemm ħabi ta’ dokumenti biex bil-ħabi wieħed jasal għal deċiżjonijiet tat-tajjeb li jesiġi governanza tajba.

Adrian Delia kompla li ma l-gvern ma ġabx l-aħjar għall-pajjiż għaliex xkien hemm dokumentazzjoni li nħbiet u nżammet lura. Il-proċess hu ivvizzjat mill-bidunett; mill-mument li kien hemm il-ħabi tad-dokument.

Il-gvern irid jispjega kif ħadd mill-ministri ma jrid jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li nstab fir-rapport tal-NAO quddiem nuqqas vilment magħmul minn dmirijiet tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet.

Adrian Delia saħaq fuq ir-repsonsabbiltà politika għaliex l-Awtorità tal-Aritjiet hi entità tal-gvern; għalhekk għandu jwieġeb il-gvern.

Adrian Delia kompla li fil-każ tal-isptarijiet kien dikjarat li kien hemm frodi u l-kuntratti twaqqgħu. Hu qal li fejn hemm proċess minsus, dan ikun minsus mill-bidu u għalhekk iridu jittieħdu l-passi.