Lokali

“Ħmieġ tal-biża'” – l-ewwel reazzjonijiet wara li deal ieħor tal-Gvern ġie kundannat

Is-saga tal-art tal-Fortina hi waħda li tħallik bla kliem. Il-Kap tal-PN Alex Borg sejħilha “serq ta’ flus il-poplu”. Kurt Sansone fil-MaltaToday irrefera għall-“id moħbija” ta’ Keith Schembri. Filwaqt li l-Professur Andre Azzopardi ddeskriva dan l-iskandlu bil-frażi “ħmieġ tal-biża'”.

Is-saga kollha ddur mal-prezz tal-art fejn hemm il-lukanda Fortina f’Tas-Sliema. Bl-NAO jgħid li din l-art tista’ €21 miljun. Iżda l-Gvern iffirma deal għall-prezz discounted ta’ €8.1 miljun – inqas min-nofs il-valur propja ta’ din l-art quddiem il-baħar, bil-veduta tal-Belt Valletta.

Fil-Parlament, il-Kap tal-PN talab investigazzjoni immedjata minn naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Dan filwaqt li insista li l-Gvern għandu jappunta Inkjesta.

Il-MaltaToday qalet li dan kien “rigal” minn naħa tal-Gvern minn flus il-poplu. Deal li fiċ-ċentru tiegħu hemm mhux biss Keith Schembri iżda anke l-Imħallef – illum mejjet – Lino Farrugia Sacco.

Fost id-diversi reazzjonijiet fl-aħħar sigħat kien hemm dik ta’ Andrew Azzopardi. “Inkredibbli…Ħallu lira ħa…Mamma mia il-ħmieġ tal-biża'”.