Dalgħodu, il-President tal-FIFA inawgura ground ġdid fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar.
L-inawgurazzjoni saret għall-ħabta ta’ nofsinhar, u preżenti kien hemm ukoll il-President tal-MFA Bjorn Vassallo.
F’Malta għal dan l-avveniment, apparti li hawn Gianni Infantino, hawn ukoll preżenti żewġ leġġendi tal-futbol Taljan – Fabio Cannavaro u Christian Vieri.

F’Malta, Infantino apparti li kien milqugħ mill-President Vassallo, u ingħata merħba mill-għola uffiċjali tal-MFA, fosthom il-Viċi Presidenti Dr Matthew Paris u Adrian Cashia u s-Segretarju Ġenerali Dr Mario Azzopardi. Preżenti ukoll fl-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kien hemm is-Sindku tal-lokalitá, Censu Galea.
//= $special ?>