Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott sostna fil-parlament li l-Gvern mar kontra kull parir li ngħata dwar il-valur tal-art tal-Lukanda Fortina.
Fil-parlament Darren Carabott qal li hawn istituzzjonijiet li jġbu l-interess nazzjonali bħala prijorità bħall-NAO li fir-rapport tiegħu ddikjara li fil-każ tal-Lukanda Fortina poġġa l-interess nazzjonali bħala prijorità u kundanna lill-Gvern Laburista.
Hu kompla li x-xogħol kbir li wettaq l-NAO ikun imdawwar f’ċirkostanza li dan qed jipponta lejn l-enitità u mhux lejn il-politiċi. Il-PN ma jemminx f’dan l-argument għaliex il-ġid komuni għandu jiġi l-ewwel. Hu nsista li ssir inkjesta pubblika u li jsiru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għalkemm dawn suppost li ilhom li bdew u mhux issa li hemm ir-rapport tal-NAO.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fir-rapport hemm enfasi li d-diskrepanza fil-valutazzjoni li għamel l-NAO hi ta’ inkwiet gravi li ma jħarisx l-interess pubbliku.
L-NAO qal li r-responsabbiltà taqa’ fuq l-Awtorità tal-Artijiet għaliex kienet ir-responsabbiltà tal-gvern li jara li ma jkunx hemm abbużi u li l-valur irrealizzat mill-gvern hu sinifikatament inqas minn dak stabbilit minn entita ta’ awditjar ta’ dak iż-żmien.
Il-gvern mar kontra kull parir li ngħata dwar il-valur tal-art, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PN kien diġà oġġezzjona sitt xnin ilu dwar il-valutazzjoni tal-art. Minkejja dan il-PN ressaq diversi oġġezzjonijiet dwar din il-valutazzjoni tal-art.
Kien il-Ministru responsabbli li ressaq il-valutazzjoni tal-art li ngħatat lil-Luknda Fortina, sostna Darren Carabott.
//= $special ?>