Futbol Sport

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino preżenti għall-ftuħ tal-ewwel FIFA Arena mini-football pitch f’San Pawl il-Baħar

“F’Malta inħossni milqugħ dejjem daqs li kieku ninsab f’dahri.” Hekk qal il-President tal-FIFA, Gianni Infantino hekk kif dalgħodu wasal f’pajjiżna għal ġurnata ta’ impenji, fejn fost l-oħrajn tard fil-għodu, Infantino inawgura l-ewwel FIFA Arena mini football pitch tal-5-a-side, fil-Kullegg tal-Iskola Primarja Maria Regina, f’San Pawl il-Baħar.

Din l-iskola ġiet magħżula minħabba d-diversità li tħaddan fiha, hekk kif għanda popolazzjoni ta’ 700 tifel u tifla minn 51 nazzjonalità differenti.

Dan il-pitch hu wieħed minn sensiela ta’ 1,000 pitch li l-FIFA qed tħallas f’komunitajiet differenti madwar id-dinja, bl-għan li jipprovdu spazji sikuri u inklużivi għat-tfal biex jilagħbu, jitgħallmu u jikbru, filwaqt li tippromwovi wkoll l-iżvilupp u l-edukazzjoni tal-futbol.

Għal din l-inawgurazzjoni, Infantino kien akkumpanjat minn żewġ ambaxxaturi tal-FIFA u leġġendi tal-futbol tal-passat, l-eks plejers internazzjonali Fabio Cannavaro u Christian Vieri.

Cannavaro u Vieri huma tnejn mill-iżjed plejers rinomati fl-istorja, b’ Cannavaro saħansitra jirbaħ il-Balon d’Or fl-2006, u kienu involut fl-iskwadra Taljana li rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2006. Vieri minn naħa l-oħra lagħab ma’ bosta timijiet kbar fl-Ewropa, fosthom Lazio, Juventus, Milan, Atletico Madrid u Inter.

Infantino kien milqgħuħ f’Malta mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo. Infantino kien milqgħuħ f’Malta mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo, li hu ħabib antik tal-President tal-FIFA, fejn ħadem fl-uffiċċju tiegħu fir-rwol ta’ Direttur tal-FIFA għall-assoċjazzjonijiet membri tal-UEFA, bejn l-2016 U l-2019.