L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija kkonferma li rċieva t-tħassib imressaq mill-Professur Andrew Azzopardi dwar il-Young People’s Unit fi ħdan l-isptar Monte Carmeli.
“Nirringrazzjawh tal-informazzjoni li għaddielna fl-aħjar interessi tat-Tfal. Bħala Kummissarju, ser inkun qed naħdem sabiex nara li jiġu salvagwardjati d-drittijiet tat-Tfal skont il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal.”
Ftit tal-jiem ilu, Andrew Azzopardi kien talab li tiġi investigata s-sitwazzjoni li hemm f’Monte Carmeli – speċjalment rigward l-istandards tal-post fejn qed jinżammu tfal u adoloxxenti.
//= $special ?>