€460,499.
Din hija s-somma sabiħa li nġabret matul il-Maratona “il-Missjoni Bżonnok” bl-għan li jiġu megħjuna nies li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ faqar f’pajjiżi bħall-Gwatemala, il-Kenja, il-Pakistan,il-Perù, l-Indja, il-Burundi, l-Uganda, it-Tanzanija u l-Gambja.
Din il-maratona bit-tema Qalbna mat-Tfal tal-Missjoni, ġabret ukoll flus b’risq it-tfal li qed ibatu intortament f’Gaża fil-gwerra bejn Iżrael u l-Palestina.
“Il-Missjoni Bżonnok” kienet organizzata mill-fondazzjoni u damet għaddejja mill-Ġimgħa 12 f’nofsinhar sal-Ħadd 14 ta’ Settembru f’nofsillejl.
Matul din il-Maratona attendew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u l-Arċisqof Emeritu tal-Albanija Monsinjur Ġorġ Frendo
Fi tmiem il-maratona, il-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni Dun Ġwann Farrugia, irringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha għall-ġenerożità tagħhom.
Il-maratona xxandret matul tlett ijiem sħaħ fuq Net Television u stazzjonijiet oħrajn.
