Permezz ta’ post fuq il-media soċjali tagħha, il-kantanta Maltija Ira Losco qalet li hi se tkun qed tħabbar avventura ġdida fid-dinja mużikali tagħha.
Filwaqt li rringrazzjat lill-followers tagħha għas-sapport tagħhom, hi qaltilhom li minkejja mhi se tħabbar xejn għalissa, hi qalet li dak li ġej hu l-aħjar għadu ġej.

F’kumment fuq il-post tagħha fuq Facebook, hi kompliet tirringrazzja lis-segwaċi tagħha għas-sapport tremend li qed ituha – b’ħafna persuni jaqsmu l-memorji tagħhom tal-ewwel darba li semgħu lill-Ira Losco tkanta, u jgħidu kemm huma ħerqanin għal dan il-pass li jmiss.
