Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-Parlament li l-art pubblika m’għandhiex tingħata b’xejn lil persuni viċin il-gvern kif sar fl-iskandlu tal-art mgħoddija lil-Lukanda Fortina u appella biex issir inkjesta pubblika flimkien ma’ investigazzjoni mill-Pulizija.
Alex Borg qal li l-Gvern kien qed iberbaq art pubbika għaliex il-valutazzjoni tal-art, f’dan il-każ tal-Lukanda Fortina, kienet ferm iktar minn dak li għamel il-gvern. Il-PN qed jesiġi li jaħtar inkjesta pubblika biex tinvestiga n-nuqqasijiet kollha li hemm u li l-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.
L-esperti wrew li kien hemm informazzjoni li nħbiet mill-Kumitat Parlamentari; dan hu nuqqas serju li jrid ikun speċifikat fil-kuntest tal-kontabbiltà. Hu qal li l-PN se jżommm lill-Gvern responsabbli għan-nuqqasijiet li hemm indikati f’dan ir-rapport għaliex l-art pubblika qatt m’għandha tingħata b’xejn jew bi ftit flus lil persuni viċin il-Gvern. Meta jsir dan, l-art pubblika għandha tingħata skont il-valur tagħha, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>