Lokali Parlament

L-iskandlu tal-Fortina u l-iskandli l-oħra herrew lill-gvern; id-deputati Laburisti ma kinux fuq in-naħa tal-poplu

Beppe Fenech Adami, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna fil-parlament li l-iskandlu tal-Fortina u l-iskandli l-oħra herrew lill-gvern; id-deputati Laburisti ma kinux fuq in-naħa tal-poplu

Beppe Fenech Adami qal li din hi serqa ta’ €16-il miljun fejn l-NAO kien ċar u qal li l-PN kellu raġun fejn il-verità qed terġa’ snin wara ħafna snin u tfixkil mill-gvern. L-NAO reġa’ ta raġun lill-PN bħall-bejgħ tal-passaporti, l-isptarijiet, tal-Electrogas u tant skandli li herrew il dan il-gvern. Illum il-poplu għandu l-konferma li nsterqu €16-il miljun oħra li bihom tant setgħu saru proġett fis-settur tas-saħħa, tal-eduakzzjoni u tal-kwalità tal-ħajja.

Hu qal li l-Gvern għandu jagħmel apoloġija flok jiskredita lill-NAO u jipprova jieħu raġun. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed jipprova jieħu raġun kif ipprova jagħmel sitt snin ilu meta l-gvern ħeba l-verità lill-parlament. Sitt snin ilu l-parlament ivvota fejn il-gvern ivvota favur il-kuntratt kif ordna Joseph Muscat wara ordni oħra ta’ Keith Schembri.

Fuq hekk biss il-gvern irid jerfa’ r-responsabbiltà għaliex id-deputati Laburisti kollha baxxew rashom quddiem il-mastermind Keith Schembri li kien ikun fil-Kabinet. Il-laqgħat tal-Kabinett kien jikkmandhom Keith Scembri u d-deputati kienu jibżgħu kif għamlu quddiem l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti.

Id-dpeutat Nazzjonalista kompla li d-deputati Laburisti ma kinux fuq in-naħa tal-poplu u beżgħu ikunu mal-poplu kif kienu kontra l-poplu dwar l-Electrogas. Id-deputati Laburisti naqsu lill-poplu Malti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li dawn id-deputati baxxew rashom quddiem id-dittatura ta’ Joseph Muscat.