ll-Parlament se jiltaqa’ llum wara waqfa qasira għax-xhur tas-sajf.
Il-Parlament se jkun qed jiltaqa’ b’Kap ġdid wara li fl-aħħar jiem diġà tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista mmexxi mill-Kap il-ġdid Alex Borg.
Qabel is-seduta, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg se jkun qed jiltaqa’ mal-Ispeaker Anġlu Farrugia fl-uffiċċju tiegħu fil-Parlament. Il-Kap tal-Oppozizzjoni se jkun akkumpanjat mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar u mid-Deputat Whip Paula Mifsud Bonnici.
L-ewwel żewġ Abbozzi li se jkunu qed jiġu diskussi fil-Parlament se jkunu dwar il-prevenzjoni ta’ sewqan taħt l-influwenza tad-droga u l-alkohol, u l-Abbozz dwar it-twaqqif tal-Qorti tal-Kummerċ.
Alex Borg ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni fl-10 ta’ Settembru wara li s-Sibt ta’ qabel kien elett bħala l-Kap il-ġdid tal-PN.
//= $special ?>