Internazzjonali

Owen Cooper, iż-żagħżugħ ta’ 15-il sena li rebaħ Emmy award

L-iżgħar persuna maskili li qatt rebaħ Emmy award.

Rekord ġdid, hekk kif Owen Cooper huwa l-iżgħar persuna maskili li qatt rebaħ Emmy award.

Fuq Netflix, Owen Cooper ħa sehem fis-serje Adoloscence. Serje li mar tajjeb ħafna u ntgħoġob minn bosta. Kien permezz tas-sehem tiegħu f’dan is-serje li wasal s’hawn illum.

Meta seħħ il-filming ta’ dan is-serje Cooper kellu biss 14-il sena.

B’diversi segwaċi ta’ dan is-serje jiddeskrivu l-parti li kien fiha Owen Cooper, dik ta’ Jamie, bħala waħda indimentikabbli.

Id-direttur ta’ dan is-serje waqt intervista ddiskreviet lil Owen Cooper bħala attur li jidher vera tajjeb fuq il-kamera, bil-kapaċità li bħala attur jidħol fil-karattru u jkun jidher verament naturali.

Intant, Cooper beda juri l-interess tiegħu f’dan il-qasam minn meta kellu 10 snin. Ta’ kull ġimgħa għal sentejn sħaħ Cooper kien jattendi għal-lezzjonijiet tad-drama f’Didsbury f’Manchester.

Bis-serje Adoloscence jkun l-ewwel debut tiegħu f’dan is-settur.

F’intervista Cooper tenna kif għal bidu meta staqsa lill-ommu u missieru jistax jibda jattendu għal-lezzjonijiet tad-drama kienu xi ftit sorpriżi hekk kif hu dejjem xtaq isir footballer.